Internazzjonali

Tiżdied it-tensjoni bejn Franza u r-Renju Unit; tinżamm dgħajsa tas-sajf fl-ibħra Franċiżi

Franza bħalissa qed iżżomm bastiment reġistrat r-Renju Unit u wissiet dgħajsa oħra li tinsab fl-ibħra Franċiżi hekk kif hemm il-possibiltà li mill-ġimgħa d-dieħla mhux se jitħallew jiżbarkaw fil-portijiet tagħhom.

Il-Ministru Franċiż qal li din il-miżura se tidħol fis-seħħ jekk it-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi ma tkunx solvuta.

Żewġ dgħajjes oħra weħlu multa hekk kif dawk abbord ma kkoperawx mal-awtoritajiet Franċiżi…. filwaqt li t-tieni waħda ma kelliex il-liċenzja biex tistad fl-ibħra tagħhom.

It-tensjoni bejn iż-żewġ naħat bdiet meta il-Gvern Ingliż ma ħariġx liċenzji biżżejjed biex sajjieda Franċiżi jkunu jistgħu jistadu fl-ibħra Ingliżi, skont dak li kien maqbul matul il-perjodu ta’ Brexit. U kien f’dan il-mument meta Franza bdiet tipprotesta u żżomm iebes kontra l-Ingliżi.