Żewġ seminaristi fil-ħames sena ta’ preparazzjoni fis-Seminarju tal-Arċisqof se jitolbu lill-Arċisqof Charles J. Scicluna biex jaċċettahom bħala kandidati għall-Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali.
Malcolm Saliba mill-Parroċċa ta’ Santa Marija, Ħ’Attard, u Karl Andrew Schembri mill-Parroċċa ta’ Marija Bambina, il-Mellieħa, ser jistqarru pubblikament ir-rieda tagħhom li joffru lilhom infushom lill-Knisja biex iservu bħala saċerdoti.
Iċ-ċelebrazzjoni ser issir it-Tnejn, l-1 ta’ Novembru 2021, waqt il-quddiesa f’Jum il-Qaddisin Kollha fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6:30 p.m.
//= $special ?>