Amissjomi inkwetanti dritt minn ħalq id-Deputat Prim Ministru u Ministrtu tas-Saħħa Chris Fearne – id-diskussjonijiet dwar it-tliet sptarijiet tal-Maltin li Gvern Laburista ta lil Steward Heatlthcare s’issa fallew.
Il-Ġimgħa filgħodu Net News staqsa lil Chris Fearne dwar dan il-kuntratt tat-tliet sptarijiet, li skont il-Ministru tal-Finanzi hu miżgħud bil-problemi. Iżda l-Ministru tas-Saħħa qalilna biss li dan hu l-istess kuntratt li ġie ffirmat bejn VGH u Steward, iżda ma tkellimx dwar il-problemi li hemm.
Skomdu immens bil-mistoqsijiet dwar dan id-deal skandaluż li welled l-eks Ministru Konrad Mizzi, il-Ministru Fearne spiċċa jammetti li l-kuntratt imbażwar li ġie mifthiem minn wara dahar il-poplu Malti mill-Gvern Laburista għadu propju hekk. Kuntratt imbażwar.
Filfatt, iffajċat b’mistoqsijiet dwar x’sar minn dak li hu kien qalilna li huwa r-‘real deal’, Fearne qalilna biex ma jimmiskwotawhx u li hu kien qal li hu kien qal ir’real thing’. Iżda mbagħad għamel ammissjoni verament inkwetanti, u ċioè li l-Gvern ilu sena w’nofs jiddiskuti ma’ Steward, iżda s’issa ma kienx hemm soluzzjoni.
Fi kliem semplici, konferma li l-problemi ta’ dan id-deal, sa issa, għadhom hemm. U waqt li l-Gvern ghadu jkaxkar saqajh, il-poplu Malti qed joħroġ minn butu xejn anqas mis-somma ta’ 70 miljun ewro.
Sadanittant, l-istess Chris Fearne baqa’ jsibha diffiċli jlissen kliem ta’ kundanna għal dak li kien wara l-akbar żewġ skandli tal-Gvern tal-Labour,jiġifieri Konrad Mizzi, li welled l-istess skandlu tal-isptarijiet kif ukoll dak tal-Electrogas.
Staqsejna lill-Ministru għaliex il-membri tal-Gvern qed jiqbgħu b’idejhom marbutin u mhux jikkundannaw lil Mizzi.
It-tweġiba sempliċi tad-Deputat Prim MInistru kienet: “nistennew u naraw” u ħaġa tal-iskandatment – ifarfar fuq id-deputati Nazzjonalisti, meta jgħid li issa huwa ċ-Chairperson tal-Kumitat, Beppe Fenech Adami, li jrid jagħmel xogħlu.
//= $special ?>