Il-club Taljan ta’ Inter ikkonfermaw li l-midfielder Daniż Christian Eriksen mhux se jitħalla jilgħab fis-Serie A u għalhekk qed iħarsu li jbiegħu lil dan il-plejers. Eriksen sofra attakk tal-qalb matul partita mill-Euro 2020 mad-Danimarka u sarlu intervent biex twaħħalu pacemaker ( implantable cardioverter defibrillator) biex jgħin jirregola ir-ritmu ta’ qalbu. Madanakollu, ir-regoli fis-Serie A jisħqu li plejers b’ pacemaker ma jistgħux jilagħbu fil-kampjonat.
Minkejja dan, Eriksen jista’ jkompli l-karriera tiegħu f’kampjonati oħra. Eżempju ċar ta’ dan huwa l-plejers Olandiż ta’ Ajax Daley Blind, li wara infjammazzjoni fil-muskoli ta’ qalbu, twaħħalu pacemaker, fejn kompla bil-karriera tiegħu mat-tim nazzjonali Olandiż kif ukoll ma’Ajax.
Matul il-partita tal-Euro 2020 bejn Danimarka u l-Finlandja, Eriksen ikkollassa waħdu u kien permezz ta’ azzjoni f’waqta mill-paramediċi kif ukoll mill-captain Simon Kjaer, li Eriksen kiseb lura saħħtu u ttieħed fl-eqreb sptar fl-inqas ħin possibli.
//= $special ?>