Sport Sport Ieħor

Comanche jirbaħ ir-Rolex Middle Sea Race 2021

(Ritratt: Kurt Arrigo)

Il-jott Comanche ġie ikkonfermat bħala r-rebbieħ tat-42 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. Comanche spiċċa t-tellieqa nhar it-Tnejn kmieni filgħodu u kien fil-pole position sal-wasla talJPK 1180 Sunrise t-Tlieta wara nofsinhar.

Il-jott rebbieħ kien misjuq minn Mitch Booth, bil-għajnuna ta’ ekwipaġġ magħmul minn 23 persuna fosthom Will Oxley, Tom Slingsby, Kyle Langford, Shannon Falcone, Hugo Rocha, Justin Slattery,Willy Altadill u Luke Molloy.

Ir-Royal Malta Yaucht Club kellu jinvoka għall-ewwel darba f’53 ta’ Rolex Middle Sea Race, linja ta’ finitura alternattiva minħabba l-maltemp, biex b’hekk 19-il jott setgħu jtemmu t-tellieqa.

Dan it-tibdil wassal biex il-ħinijet kellhom ikunu ikkoreġuti, bil-ħin ta’ Comanche ikun ta’ tlett ijiem, sitt sigħat, 30 minuta u 20 sekonda, biex kien ikkonfermat bħala r-rebbieħ overall. Il-jott Sunrise ta’ IRC klassi ħamsa temm fit-tieni post.

It-trimaran MOD 70 Argo (USA) ta’ Jason Carroll temm ukoll triple crown li rebaħ il-klassi tal-Multihull b’ħin ta’ 33 siegħa, 29 minuta u 28 sekonda.

Il-premjijiet tar-Rolex Middle Sea Race 2021 se jingħataw f’Dar il-Mediterran tal-Konferenzi nhar is-Sibt 30 ta’ Ottubru.