Tħabbret il-mewt ta’ raġel ieħor li kellu 69 sena kaġun tal-COVID-19 biex b’hekk it-total ta’ vittmi mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna s’issa tela’ għal 461. L-ebda dettalji oħra ma ngħataw dwar il-vittma.
Dan filwaqt li l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa kelna tmien każi ġodda filwaqt li fiequ 23 persuna oħra.
Bħalissa, erba’ persuni jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva jingħataw il-kura filwaqt li disgħa oħra jinsabu fl-Isptar Mater Dei minħabba sintomi tal-virus.
//= $special ?>