Dalgħodu, għal ħabta tas-0545am il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Wignacourt kantuniera ma’ Triq Salvu Psaila, f’Birkirkara.
Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li raġel ta’ 62 sena residenti Birkirkara, weġġa’ wara li ntlaqat minn Mazda Demio, li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti Birkirkara.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.