Il-biljunarju mir-Repubblika Ċeka Daniel Kretinsky hu interessat li jixtri 27% mill-ishma f’West Ham, li jammonta għal madwar £700 miljun. Rapporti fil-media Ingliża qed jindikaw li Kretinsky, li huwa s-sid ta’ Sparta Prague, jinsabu ftit jiem ‘il bogħod milli jixtri dawn l-ishma f’West Ham.
Kretinsky huwa l-kap eżekuttiv ta’ EPH (Energeticky a Prumyslovy holding) kif ukoll għandu ishma f’Royal Mail u fis-supermarket popolari fl-Ingilterra, Sainsburys. Jidher li n-negozjati huma fi stat avvanzat, bil-kuntratt mistenni jkun jinkludi klawżola li fil-futur, jieħu f’idejh it-tmexxija tal-club kompletament.
West Ham jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika bi 17-il punt wara li kellhom bidu mill-aqwa għal dan l-istaġun taħt it-tmexxija tal-coach David Moyes. Intant, aktar kmieni din il-ġimgħa kien irrapurtat li West Ham sa jkabbru l-istadium tagħhom biex jospita 62,500 partitarju, liema żvilupp jagħmel il-London Stadium it-tieni l-akbar stadium f’Londra.
//= $special ?>