Internazzjonali

Il-kumpanija ‘Facebook’ tbiddel l-isem għal ‘Meta’

Waqt konferenza tal-aħbarijiet illi saret nhar il-Ħamis filghaxija, ‘Facebook’ ħabbar li l-isem tal-kumpanija ser jinbidel għal ‘Meta’. Il-bidla fl-isem ser jirrifletti l-ambizzjonijiet tal-kumpanija li dejjem qegħdin jersqu lil hinn mill-midja soċjali tradizzjonali, u jidħlu aktar lejn opportunitajiet godda marbuta mal-virtual reality.

F’din il-konferenza tħabbar li l-bidla fl-isem tapplika biss għall-kumpanija prinċipali li hija s-sid tal-pjattaformi individwali, bħal Facebook, Instagram u Whatsapp.

Dan ir-rebranding wasal fl-istess perijodu meta Facebook kien qed jigi kritikat fuq diversi aspetti.