F’għeluq il-41 sena mill-mewt ta’ Ġorġ Borg Olivier, il-Partit Nazzjonalista sellem lil Missier Malta Indipendenti bi tqeghid ta’ kuruni tal-fjuri f’riglejn il-monument iddedikat lilu fi Pjazza Kastilja.
Ġorġ Borg Olivier twieled il-Belt fil-5 ta’ Lulju 1911 u tul ħajtu kien xempju ta’ onestà u rġulija. Hu laħaq il-milja tal-ħidma politika tiegħu bit-twelid ta’ Nazzjon Indipendenti … Malta bil-preżent u l-futur tagħha f’idejha.
Fi Pjazza Kastilja, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech mexxa delegazzjoni tal-Partit f’tislima lil Ġorġ Borg Olivier. Kemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u anke s-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino qegħdu kuruni tal-fjuri biex isellmu lill-Istatista li ħadem ukoll biex jara lill-Partit Nazzjonalista jikber u jissaħħaħ.
L-eks Prim Ministru kien miet fid-29 ta’ Ottubru 1980 u l-Funeral tiegħu jibqa’ mmarkat fil-memorja ta’ dawk kollha li għexu dak il-perijodu.
//= $special ?>