Internazzjonali

Il-President tal-indonezja jappella għall-għajnuna

“F’dan iż-żmien ta’ kriżi, il-pajjiżi avvanzati jridu jaħdmu id f’id u jgħinu lill-pajjiżi l-foqra jieħdu l-vaċċini għal kontra l-Covid-19, sabiex ikunu jistgħu jegħlbu din il-pandemija malajr kemm jista’ jkun.”

Hekk qal il-President tal-Indoneżja f’intervista mal-BBC, fejn ħeġġeġ lill-pajjiżi l-aktar sinjuri sabiex jaqsmu l-vaċċini tagħhom għal kontra l-Covid ma’ oħrajn li huma aktar foqra.

Il-President tal-Indoneżja kien intervistat mil-BBC eżatt qabel iż-żjara tiegħu għas-Summit tal-G20 li ser isir bejn is-Sibt u l-Ħadd li ġej.

L-Indoneżja kien wieħed mill-aktar pajjiżi milquta mill-pandemija tal-Covid.