Futbol Sport

Illejla, fl-9:40pm, Replay Preview fuq Net Television

Christian Micallef flimkien mal-opinjonista ta' Replay, Nicky Micallef

Inqas minn 24 siegħa ‘l bogħod għall-konfront dirett bejn Birkirkara F.C. u Hibernians F.C.. Il-leaders tal-Kampjonat Premier, kontra t-tim fit-tieni post tal-klassifika. Min se jirbaħ?


Illejla, il-Ġimgħa fl-9:40pm fuq NET Television, Replay Preview se jkun qed iwassal edizzjoni oħra speċjali u interessanti, qabel il-programm ta’ partiti mit-tmien ġurnata tal-Kampjonat. Se niddiskutu fid-dettall, u minn perspettiva tattika u teknika, din il-partita, b’diskussjoni ta’ livell flimkien mal-opinjonista ta’ Replay, l-avukat Nicky Micallef li din il-ġimgħa jkun magħna bl-analiżi u l-kummenti tiegħu.

Waqt id-diskussjoni dwar il-partita Birkirkara F.C. kontra Hibernians F.C., jingħaqad magħna b’kollegament viżiv, l-editur ta’ maltafootball.com, Antoine Busuttil.
Lejliet dan id-dwell mistenni, illum f’Replay Preview tirritorna r-rubrika tant popolari mill-imgħoddi, ‘Eku tal-Passat’, b’servizz nostalġiku u li jidħol f’dettall, ta’ wieħed mill-konfronti ‘l kbar bejn dawn it-tnejn, meta f’Mejju tal-2013, Birkirkara u Hibernians kienu lagħbu d-decider għar-rebħ tal-Kampjonat Premier kontra xulxin. Jirrakontaw x’ġara dak in-nhar, tnejn mill-plejers li kienu lagħbu; Edward Herrera u Andrew Cohen.


Ilejla ukoll, jixxandar is-servizz speċjali dwar ir-rebħ tal-unur tal-isbaħ gowl tax-xahar għal Settembru, sponsorjat minn Cisk 0.0, mill-winger ta’ Floriana FC, Ryan Camenzuli. Servizz mill-aktar interessanti, b’intervista mal-plejer internazzjonali Malti, fejn se jkun qed jitkellem dwar temi partikolari, fosthom il-futur tiegħu mal-klabb.


Lejn l-aħħar ikun hemm ukoll ħarsa lejn il-partiti li għadna skedati għal tmiem il-ġimgħa mill-Premier League Ingliż u s-Serie A fl-Italja.


Jippreżenta Christian Micallef.


Il-programm Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija, jitwassal ta’ kull ġimgħa bl-appoġġ ta’ IZIBET, Cisk 0.0, J. Portelli Projects, Dove, Meridianbet, Daniels Mall, AMAC Sound Limited, Caffè Vergnano u 105 FM.