Internazzjonali

It-tensjoni bejn Franza u r-Renju Unit tkompli tiżdied

L-Uffiċċju tal-Affarijiet Barranin Brittanniku sejjaħ lill-ambaxxatur ta’ Franza għar-Renju Unit għal laqgħa sabiex jiddiskutu s-sitwazzjoni preżenti li għaddejja bħalissa fi Franza ….hekk kif bastiment reġistrat r-Renju Unit u dgħajsa oħra qed jinżammu fl-ibħra Franċiżi.

Franża ħabbret ukoll li hemm il-possibiltà li mill-ġimgħa d-dieħla l-Ingliżi mhux se jitħallew jiżbarkaw fil-portijiet tagħhom jekk il-kwistjoni ta’ bejn Franża u r-Renju Unit ma tmurx għall-aħjar.

It-tensjoni bejn iż-żewġ pajjizi bdiet meta il-Gvern Ingliż ma ħariġx liċenzji biżżejjed sabiex sajjieda Franċiżi jkunu jistgħu jistadu fl-ibħra Ingliżi, skont dak li kien maqbul matul il-perjodu ta’ Brexit. U kien f’dan il-mument meta Franza bdiet tipprotesta u żżomm iebes kontra l-Ingliżi.