Il-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-infermiera f’pajjiżna fadlilhom ħafna biex ikunu tajbin biżżejjed li jattiraw lil aktar żgħażagħ f’dan il-qasam. Dan ħareġ waqt konferenza mtella’ mill-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN, bit-tema “Il-futur tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa”.
Paul Pace, il-president tal-Union spjega kif l-infermiera f’Malta huma mistennija jaħdmu 47 siegħa fil-ġimgħa… filwaqt li kollegi tagħhom f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea jaħdmu 10 siegħat inqas.
Il-kundizzjonijiet mhux daqstant attraenti qed jissarrfu f’nuqqas kbir ta’ ħaddiema f’dan il-qasam – fattur li jkompli jżid aktar pressjoni fuq il-ħaddiema preżenti.
Il-pagi ukoll ma jirriflettux ix-xogħol intensiv li jridu jagħmlu ta’ kuljum dawn il-professjonisti… qal Pace.. li saħaq li jekk il-pagi u l-kundizzjonijiet ma jitjiebux malajr… għada pajjiżna se jiffaċja kriżi ferm akbar fis-settur tas-saħħa.
Paul Pace tkellem ukoll dwar il-ħtieġa ta’ aktar miżuri li jkunu jiffavorixxu l-familji… hekk kif anke hawn Malta għada lura ferm ħafna…speċjalment nisa… li għadhom qed isibuha diffiċli jidħlu fis-settur tas-saħħa minħabba l-ħinijiet tax-xogħol.
Intant, Net News ħa l-kummenti tal-Ministru tas-saħħa fejn staqsejnih għaliex il-Budget għat-tieni sena konsekuttiva reġa’ ħalla barra lil dawn il-frontliners.
CLIP 4 STEWARD QED NIBQGĦU NIMPALAWLHOM IL-FLUS ANKE MIT-TAXXI TAL-ISTESS INFERMIERA TAGĦNA… IMMA DAWN MA ĦADU XEJN HLIEF 1.75…. HEMM IL-COLLECTIVE AGREEMENTS U JSIRU D-DISKUSSJONIJIET.
Kuntrarju għal dak li stennew ħafna ħaddiema fil-qasam tas-saħħa…. dal-budget ma tahom xejn addizzjonali bħala rikonoxximent għax-xogħol kbir li wettqu b’tant dedikazzjoni tul ix-xhur tal-pandemija…. dan… għat-tieni sena konsekuttiva… u minkejja li waqt li kien qed jindirizzahom tul il–konferenza…. Chris Fearne iddeskrivihom bħala “l-aqwa riżorsa li għandu l-pajjiż fil-qasam tas-saħħa”.
//= $special ?>