Raġel ta’ 34 sena mill-Gżira bi problema ta’ droga u li allegatament kiser ħames kundizzjonijiet tal-Qorti li b’kollox jitilgħu għal €95,000 f’depożitu u garanzija personali inżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli b’xejn anqas minn 16-il akkużi, l-aktar fejn jidħol serq. Fil-Qortik ħareġ li huwa seraq karozza u meta l-Pulizija kienu qegħdin isegwuh, ipprova jiżgiċċalhom u wara li beda jgħaddi minn għadd ta’ ‘one-ways’ spiċċa biex irriversja fuq karozza tal-Pulizija.
Matthew Camilleri ġie mixli li fl-10 ta’ Settembru seraq karozza miż-żona ta’ Għajn Tuffieħa u li nhar it-Tlieta li għaddew meta l-Pulizija skopriet li kien bil-karozza misruqa u segwitu fil-Gżira, huwa ħarab minn fuq il-post u meta l-Pulizija waslu viċin tiegħu daħal fuqhom fejn għamel ukoll ħsara fil-karozza tas-servizz.
Meta l-Pulizija bdiet tkompli tinvestiga, sabet il-karozza misruqa fil-Mosta u hemm marru għand ħu l-akkużat li qalilhom li dan kien fir-residenza tiegħu ġewwa l-Gżira. Fil-fatt il_Pulizija sabuh hemm u arrestawh. Waqt li arrestawh il-Pulizija tawh il-Police Bail għax qalilhom li kien qed iħoss uġiegħ f’sidru u għalhekk ħaduh l-isptar Mater Dei.
Il-Police Bail ingħata wkoll għax kienu se jgħaddu it-48 siegħa minn meta huwa ġie arrestat. Sadanittant matul il-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa huwa qabad u telaq il-barra mill-isptar mingħajr ma kien għadu ġie liċenzjat. Il-Pulizija ġew infurmati mill-isptar u wara għamlu kuntatt ma’ Camilleri li mar minn rajh għall-ħabta tal-11.00am tal-Ġimgħa.
Matthew Camilleri ġie mixli wkoll li kisser gabbana f’San Pawl il-Baħar u li minnha seraq xi flus. Huwa ġie mixli wkoll fost affarijiet oħra li għamel ħsara fl-istess gabbana, li ħebb għall-uffiċjal pubbliku u li kien involut f’sewqan eċċessiv meta kien b’karozza misruqa.
Fil-bidu tas-seduta il-Maġistrat Joe Mifsud staqsa jekk dan lesthiex il-kors ta’ riabilitazzjoni f’Santa Marija. L-Avukat ta’ Camilleri Lennox Vellla qal li le u dan minħabba xi issues li ltaqa’ magħhom hemm. L-Avukat qal iżda li huwa ġie aċċettat biex jibda kors mal-OASI, iżda għad ma ngħatax id-data meta se jibda.
Dan ħareġ wara li l-aħħar ċans li jagħmel programm kien ingħata lilu mill-Imħallef Aaron Bugeja. “Meta Imħallef jew Maġistrat jagħtik il-fiduċja trid issarafaha. Jekk tibda programm trid tispiċaħ. Ta’ xejn ikollok l-aqwa programm għax bla impenn ma tagħmel xejn..
Trid timxi mar-regolamenti u hemm ma tmurx biss biex taqa’ d-droga, imma biex tintegra fis-soċjetà. Jekk hemm bżonn tqum kmieni, tnaddaf u trid tkun dixxiplinat. Trid tixmi mal-programm u tagħmel li jgħidulek. Jgħinuk biex ma terġax taqa’ u ssib ix-xogħol, tintegra mal-familja, fost affarijiet oħra.
It-talba tal-Avukat Lennox Vella għall-pleġġ li qal li għadu preżunt innoċenti bil-prosekuzzjoni topponi bil-qawwa kollha minħabba l-kondotta tal-akkużat u l-aġir tiegħu. Il_Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Godwin Scerri u Christina Delia.
//= $special ?>