F’intervista ta’ ftit inqas minn siegħa fuq l-istazzjon tar-radju Laburista, il-Prim Ministru Robert Abela għamel ħafna ħin jitkellem fuq il-prezzijiet tal-enerġija, iżda fl-ebda ħin m’għamel aċċen għas-serq fil-kontijiet li għadhom qed jesperjenza il-familji Maltin u Għawdxin.
Din it-tema qed tiffrustra lil ħafna persuni f’pajjiżna hekk kif wara li l-Gvern ammetta li l-poplu qed jinsteraq mill-mod kif qed jinħadmu il-kontijet, qed jibqa’ ma joffrix soluzzjoni u jidher komdu bil-fatt li qed inħallsu ż-żejjed għall-enerġija kkunsmata.
Filwaqt li il-Kap tal-PN, Bernard Grech wiegħed li Gvern ġdid Nazzjonalista irodd lura l-flus kollha li insterqu u għadhom qed jinsterqu, il-Gvern Laburista saħaq li l-miljuni fi ħlas żejda se jibqgħu għandu u mhux se jirritornaw għand il-poplu.
Intant, waqt l-intervista fuq One Radio, Robert Abela nfexx fis-solitu diskors partiġġjan tiegħu u saħaq li meta beda jfittex ma sabx proposti mill-PN. Biex ftit wara li għamel dan l-istatement falz, qal li jixtieq li l-Oppożizzjoni tgħidlu kif se tmexxi l-pajjiż jekk tkun fil-Gvern.
Turija ċara li l-Prim Ministru, għal xi raġuni qed jagħżel li jqarraq bis-semmiegħa ta’ One Radio, għaliex Robert Abela kien preżenti għad-diskors ta’ Bernard Grech ta’ wara l-budget, fejn il-Kap tal-PN mhux biss spjega il-‘Bidla b’Viżjoni’ li jixtieq għal pajjiżna iżda semma’ wkoll aktar minn 20 proposta. Dawn jinkludu sptar ġdid f’Għawdex, 500 ewro voucher liż-żgħażagħ għas-safar, bonuses fil-pagi tal-frontliners, eżenzjonijiet tal-VAT u tobba f’darek b’xejn għall-anzjani fost ħafna aktar.
Intant, meta l-Prim Ministru prova jiġġustifika għalfejn ħalla sal-aħħar biex ineħħi l-inċertezza li ħoloq dwar meta se tissejjaħ elezzjoni, Robert Abela għamel din id-dkjarazzjoni: “Jien ma jinteressanix mis-siġġu tal-poter.”
//= $special ?>