Coronavirus Lokali Saħħa

Jiżdiedu b’erbgħa l-każi attivi tal-COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa, il-każi attivi tal-COVID-19 f’pajjiżna żdiedu b’erbgħa hekk kif kienu reġistrati 19-il każ ġdid filwaqt li fiequ mill-virus 15-il persuna biex b’hekk l-attivi issa jammontaw għal 208.

L-Awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat, il-perusni bil-virus fl-isptar Mater Dei żdiedu għal 10. Erbgħa minhom jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva.

Permezz ta’ post fuq Facebook, l-awtoritajiet ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa, ingħataw ftit aktar minn 1,000 doża tal-booster tal-vaċċin.

Sa mill-bidu tagħha, din il-pandemija ħalliet total ta’ 461 vittma.