Fl-okkażjoni tal-Pink October, l-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista tella’ attività fid-Dar Ċentrali fejn permezz tagħha kompla jiżdied l-għarfien dwar is-saħħa tal-mara, b’mod partikolari l-għarfien dwar il-kanċer tas-sider.
Matul l-attività saru diskorsi minn Graziella Attard Previ, il-President tal-MNPN fejn spjegat l-għan ta’ din l-attività u kif ukoll ix-xogħol li qed iwettaq il-Moviment tan-Nisa biex tissaħħaħ il-politika għall-mara.
Dwar din l-attività tkellimna ma’ mart il-Kap tal-PN Bernard Grech, AnneMarie Grech fejn qaltilna aktar dwar l-importanza li anki l-mara tieħu ħsieb l-benesseri tagħha.
Preżenti wkoll kien hemm għadd ta’ esperti fil-qasam tas-saħħa fosthom id-Deputat Nazzjonalista Maria Deguara, fejn tkellmu dwar kif wieħed jista’ jippreveni l-kanċer tas-sider.
Matul l-istess attività nġabret ukoll donazzjoni biex tkun ippreżentatata lil Hospice Malta. Intant aktar kmieni dan ix-xahar, anke l-Partit Nazzjonalista ingħaqad mal-kampanja Pink October bid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista li qed tinxtagħal b’lewn roża propju fix-xahar illi hu dedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider.
//= $special ?>