Il-partita l-aktar li tispikka din il-ġimgħa fil-Premier League hija dik bejn Tottenham u Man Utd. Ir-Red Devils jinsabu taħt pressjoni min-naħa tal-partitarji tagħhom wara d-disfatta umiljanti li sofrew nhar il-Ħadd kontra Liverpool. Matul din il-ġimgħa kien hemm diversi taħdiet interni fil-bord ta’ Man Utd dwar il-futur tal-kowċ Ole Gunnar Solskjaer, b’ħafna partitarji jsejjħu għar-riżenja tiegħu. Madanakollu l-bord jidher li se jibqa’ jippersisti bin-Norveġiż għal partiti li jmiss, bil-partita kontra Tottenham tista’ tkun pjattaforma tajba sabiex jerġgħu jiksbu lura s-sapport tal-partitarji. Min-naħa tagħhom Tottenham jinsabu fis-sitt post bi tliet telfiet fl-aħħar ħames partiti tagħhom fil-Premier League. Bħal Solskjaer, Nuno Espirito Santos jinsab taħt pressjoni sabiex jibda jikseb ir-riżultati. Hekk kif ħadu biss punt mill-aħħar tnax, tliet punti huma mperattivi għal Man Utd jekk iridu jżommu l-pass ma’ Liverpool, Chelsea u Man City.
Min-naħa tagħhom Liverpool jilqgħu f’Anfield lil Brighton, tim li minkejja li jinsab fil-ħames post u qed jilgħab futbol mill-aktar spettakolari, qed isibha diffiċli biex jiskorja. Wara r-rebħa f’Old Trafford, Liverpool mistennija li jiksbu tliet punti oħra u jżommu l-pass mal-leaders Chelsea fil-quċċata tal-klassifika. Madanakollu l-istaġun li għadda kien Brighton, li f’Anfield għelbu lit-tim immexxi minn Jurgen Klopp 1-0. Min-naħa l-oħra Liverpool ilhom 19-il partita ma jitilfu fil-Premier League u se jħarsu li jkomplu b’din is-serje pożittiva.
Fil-King Power Stadium Leicester se jaffrontaw lil Arsenal, biż-żewġ timijiet jinsabu fid-disau u l-għaxar post rispettivament, b’14-il punt kull wieħed. Iż-żewġ timijiet jinsabu għaddejni b’forma pożittiva b’Leicester mhux megħlub fl-aħħar erba’ logħbiet, filwaqt li Arsenal mhux megħluba fl-aħħar sitt logħbiet tagħhom fil-Premier League. B’rebħa Arsenal jistgħu jitilgħu fir-raba’ post, fejn wara l-bidu disatruż li kellhom, ħadd ma stenna li se jkunu f’din il-posizzjoni, b’Mikel Arteta jidher li sab l-aħjar formazzjoni u tattika stabbli għal dan it-tim iż-żagħżugħ.
Il-leaders Chelsea jaffrontaw lit-tim fil-post ta’ qabel tal-aħħar Newcastle. Chelsea għadhom ġejjin minn rebħa kbira ta’ 7-0 kontra u se jkunu qed iħarsu li jiksbu rebħa dominanti oħra kontra Newcastle. Min-naħa tagħhom, il-Magpies, taħt it-tmexxija coach interim Graeme Jones, se jħarsu li jagħtu disfatta lil-leaders, għalkemm se tkun xi ftit diffiċli speċjalment bil-mod dominanti li qed jilgħab bih it-tim immexxi minn Thomas Tuchel.
PREMIER LEAGUE
Illum Leicester v Arsenal 1.30pm Watford v Southampton 4.00pm Liverpool v Brighton 4.00pm Newcastle v Chelsea 4.00pm, Man City v C’Palace 4.00pm, Burnley v Brentford 4.00pm, Tottenham v Man Utd 6.30pm Għada Norwich v Leeds 3.00pm Aston Villa v West Ham 5.30pm It-Tnejn Wolves v Everon 9.00pm
//= $special ?>