Nhar it-Tnejn 4 ta’ Novembru 2021 ġie fi tmiemu il-Pre-Season Tournament tal-Masters fejn ħadu sehem it-timijiet li ser jipparteċipaw fil-kampjonat li jmiss 2021/22.
Wara li telgħu l-poloz it-timijiet gew maqsuma f’żewg gruppi, wiehed b’ħames timijiet u ieħor b’erbgħa, kull tim jilgħab partita waħda kontra kull tim tal-istess grupp biex finalment ir-rebbieħ ta’ kull grupp jikkontesta l-finali. Il-finalisti kienu Mosta Shaggys u Dingli Desana. Finali li ntlagħbet fil-grawnd tal-Oratorju tal-Mosta, fejn ser ikun qed jintlagħab il-kampjonat dan l-istaġun.
Kienet partita ferm bilanċjata bejn żewg timijiet li tista tgħid li matul il-perjodu tat-trasferimenti tal-plejers saħħew it-tim tagħhom b’akkwisti ta’ plejers b’esperjenza fil-futbol lokali.
Il-partita bdiet fuq ritmu kwiet fejn iż-żewġ timijiet bdew jistudjaw lil xulxin. Dehret ukoll il-gwida ta’-żewg coaches biex jaddottaw għal logħob li kien qed jilgħab it-tim oppost.
Kellna nistennew sa ftit minuti tal-ewwel taqsima biex naraw lil Dingli Desana imorru fil-vantaġġ, izda Mosta Shaggys ma tantx damu biex ġabu l-iskor indaqs biex l-ewwel taqsima spiċċat bl-iskor ta parita ta 1-1.
Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Dingli Desana regaw marru fil-vantaġġ u komplew żiedu l-iskor favur tagħhom, biex fetħu vantaġġ ta’ żewg gowls. Mosta Shaggys minn naħa tagħhom tefaw kollox fuq l-attakk biex jippruvaw jerġaw igibu l-iskor indaqs. Rajna liż-żewg coaches jagħtu struzzjonijiet lill- plejers taghhom. Mosta Shaggys bdew jagħfsu lid-difiża opposta u rnexxielhom jiskurjaw darbtejn biex reġaw ġabu l-iskor indaqs biex il-partita spiccat fi draw ta 3-3 u għalhekk kellna mmorru għall-ħin addizzjonali ta’ għaxar minuti kull taqsima.
Dingli Desana regaw ħadu l-vantaġġ biex għalqu l-ewwel taqsima b’gowl minn fuq. Fil-bidu tat-tieni taqsima Dingli Desana żiedu gowl iehor biex għamlu l-iskor 5-3 favur tagħhom. Kif kollox kien qed jindika li kienu Dingli Desana li ser joħorgu rebbieħa, Mosta Shaggys regaw tefaw kollox fuq l’attakk u irnexxielhom jiskurjaw żewg gowls oħra qabel intemmet it-tieni taqsima biex il-logħba intemmet fi draw ta 5-5.
Issa kien fadal il-lotterija tal-penalties biex jigi deċiz ir-rebbieħ. Tista tgħid li kien hemm eċitament kbir bejn il-plejers, coaches u s-supporters preżenti biex wieħed jara lit-tim tiegħu jirbaħ it-tazza tal-Pre-Season tournament. Finalment kienu Mosta Shaggys li rebħu t-tazza meta skurjaw il-ħames penalties tagħhom, filwaqt li Dingli skurjaw erbgħa mill-ħamsa mogħtija biex ir-riżultat finali ikun dak ta’ Mosta Shaggys 10 Dingli Desana 9.
Il-finali kienet ikkontrollata mis-Sur Lorry Sammut.
Wara il-partita il-Vici President tal-Masters is-Sur Mark Deguara megħjjun mis-Sur Lino Micallef u s-Sur Renato Vella ipprezenta it-Trofew u midalja tat-tieni post lil kull plejer li ħa sehem tat-tim tellief, dak ta’ Dingli Desana u fl-aħħar u mhux l’inqas ippreżenta it-Trofew ta’ Champions u midalji lil plejers ta’ Mosta Shaggys għar-rebħ tal-Pre-Season Tournament.
//= $special ?>