Lokali

Persuna tinqabad taħt it-tifrik ta’ saqaf li ċeda fil-Furjana

Persuna nqabdet taħt it-tifrik ta’ saqaf ta’ propjetà li ċeda fi Triq l-Iljun, il-Furjana għall-ħabta tas-1.20 ta’ waranofsinhar. Il-vittma, raġel ta’ 47 sena residenti Ħal Balzan ittieħed l-Isptar Mater Dei għal kura hekk kif sofra ġrieħi ħfief.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Jidher li r-raġel ma setgħax joħroġ waħdu tant li kellu jingħata l-għajnuna minn membri tal-Protezzjoni Ċivili.