Raġel ta’ 45 sena sofra ġrieħi gravi kawża ta’ ħruq. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja u nofs f’workshop f’Tal-Pietà.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li waqt li kienu qegħdin issiru xi xogħlijiet ta’ wweldjar, raġel ta’ 45 sena, residenti l-Mosta sofra xi ġrieħi kawża ta’ ħruq.
Il-vittma ngħata l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

