Lokali

Tinsiex! Illejla trid tmexxi l-arloġġ siegħa lura

Aħbar sabiħa għal tmiem il-ġimgħa… wieħed se jkun jista’ jorqod siegħa żejda. Dan hekk kif bejn is-Sibt u l-Ħadd se nerġgħu ndawru l-arloġġ siegħa lura għall-ħin tax-xitwa.

Il-ħin tas-sajf jispiċċa propju fit-tlieta tal-Ħadd filgħodu.

Sentejn ilu, il-Parlament Ewropew kien qed jiddiskuti jekk il-ħinijiet tal-istaġuni jispiċċawx darba għal dejjem iżda kollox waqa’ minħabba possibiltà ta’ konfużjoni bejn il-pajjiżi Ewropej.

Int x’tippreferi, il-ħin tas-sajf jew tax-xitwa?