Lokali

Ċiklist iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Żagħżugħ ta’ 23 sena ttajjar fi Triq it-Tiġrija, ir-Rabat għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija fejn mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li l-vittma ttajjar minn sewwieq ta’ 57 sena residenti l-Imġarr.

Il-vittma, li hu Brażiljan, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn hemmhekk kien ċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.