Lokali

Żagħżugħ isofri ġrieħi gravi fiż-Żurrieq

Żagħżugħ ta’ 16-il sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ dalgħodu f’garaxx fi Triq San Martin, iż-Żurrieq.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li Sirjan residenti ż-Żurrieq stess, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum. Fuq il-post immedjatament waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-vittma.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.