Sport Sport Ieħor

Antoine Du Bourg inaqqax ismu fuq it-Tazza l-Kbira

(Ritratt: Joseph Galea)

Kenneth Vella

L-34 laqgħa tal-istaġun li saret ilbieraħ wara nofsinhar fil-Marsa fuq disa’ tiġrijiet tat-trott kienet waħda mill-aktar interessanti. Dan ghax mhux biss inkludiet il-finali tal-edizzjoni 2021 tat-Tazza l-Kbira iżda anki heat internazzjonali mill-kampjonat tal-Mediterran. It-Tazza l-Kbira saret fuq distanza ta’ 2640m, kienet organiżżata bl-għajnuna ta’ Bank Of Valletta u ntrebħet minn Antoine Du Bourg misjuq minn Redent Magro. 

Tnax kienu ż-żwiemel li ħadu sehem fil-finali tat-Tazza l-Kbira. Joe Hoo Lee (Matthew Sammut) kien l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u fl-ewwel metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Bara Min (Jesmar Gafa’) u Antoine Du Bourg (Redent Magro). F’nofs id-distanza kien Magro li beda’ jitlob lil Antoine Du Bourg biex jibda jattakka fuq in-naħa ta’ barra, sakemm mar quddiem u qasam il-linja l-ewwel faċilment b’vantaġġ ta’ aktar minn tul u nofs minn Bara Min, Juvels Boy (Caillin Borg) u Venale (Michael Ellul). Chaud Devant (Noel Baldacchino) temm warajhom f’dik l-ordni. Ghal Antoine du Bourg din kienet t-tielet rebħa nfila u s-sitt wahda tas-sena. Hu kellu medja ta’ 1.14.6” fil-kilometru, ftit il-bogħod mir-rekord tat-tiġrija, dak ta’ 1.14.5” imwaqqaf minn Up And Go fl-2019.

Fil-heat mill-kampjonat tal-Mediterran, is-sewwieqa parteċipanti saqu żwiemel mill-klassi klassi Silver fuq distanza qasira ta’ 2140m. Malta kienet rappreżentata minn Noel Baldacchino. Hawnhekk it-Taljan Walter d’Ambrogio poġġa lil Coyote Du Relais quddiem sa mill-bidu nett tat-tigrija. Dan irnexxilu jżomm l-ewwel post tul id-distanza kollha biex b’hekk dan iż-żiemel ha t-tielet rebħa staġjonali, faċilment b’ghaxar tulijiet minn Vocean Du Jaar (Redent Magro) u Queenswood (Dylan Garcia – Franza). M.T. Khila (Michael Ellul) dahal fir-raba’ pożizzjoni.

Fi tmiem it-tiġrija, Edwin Borg, Vici Chairman tal-Malta Racing Club u ta’ Eqwestri Malta ppremja lis-sewwieq rebbieħ, Walter d’Ambrogio u lil sid Coyote Du Relais, Lorraine Cunningham.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gamin De Source (P. Galea) Ħin – 2.45.1” (1.17.1”) 2. Fakir De Mone (D. Cortis) 3. Hydra De L’Erdre (R. Gatt) 4. Lady Julie Ann (K. Galea) 4.

II Tiġrija. Tiġrija Cheval Francais. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Futur Du Vernet (K. Saliba) Ħin – 2.47.6” (1.18.3”) 2. Giminy Cricket (Ch. Gauci) 3. Grace d’Auberville (P. Galea) 4. Gallo Du Guelier (N. Baldacchino)

III Tiġrija. Heat Kampjonat tal-Mediterran. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Coyote Du Relais (W. D’Ambrogio – Italja) Ħin – 2.44.8” (1.17”) 2. Vocean Du Jaar (R. Magro) 3. Queenswood (D. Garcia – Franza) 4. M.T. Khila (M. Ellul)

IV Tiġrija. Tigrija Cheval Francais. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Friend (N. Azzopardi) Ħin – 2.47.8” (1.18.4”) 2. Atout De Carriere (J. Attard) 3. Dakota Atout (M. Mifsud) 4. Follow Me Visais (M. Ellul)

V Tiġrija. Tiġrija Cheval Francais. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Ernest Des Angles (C. Gauci) Ħin – 2.43.1” (1.16.2”) 2. Follow Vet (C. Camilleri) 3. Fangio De Bailly (K. Saliba) 4. Fella Belle (M. Ellul)

VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Achille Du Fosse (R. Magro) Ħin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Trust Boom Bay (P. Galea) 3. Bloody Sun De Suce (R. Gatt) 4. Badou (Ch. Gauci)

VII Tiġrija. Finali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Antoine Du Bourg (R. Magro) Ħin – 3.16.9” (1.14.6”) 2. Bara Min (J. Gafa’) 3. Juvels Boy (C. Borg) 4. Venale (M. Ellul) 5. Chaud Devant (N. Baldacchino)

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. Mr Magnifique (M. Bonnici) Ħin – 2.44.9” (1.17.1”) 2. Doora (Cherise Farrugia) 3. Diacre Des Tithais (N. Baldacchino) 4. Edson Boko (J. Gafa’)

IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Desirez Moi (J. Scerri) Ħin – 2.42” (1.15.7”) 2. Uranus Tepol (J.C. Pace) 3. Global Tuxedo (J. Zahra) 4. Bots Dub’s (J. Briffa)