Raġel ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-20:00 fi Triq il-Mosta fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Renault Captur, misjuqa minn mara ta’ 57 sena residenti San Pawl il-Baħar, u mutur Kymco, misjuq minn Pakistan ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar ukoll.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>