Floriana …….. 2
Gżira ………….. 1
Floriana: G.Kitanov, A.Magri Overand (A.Garzia 88′), C.Rutjens, O.El Hasni, Z.Cassar, K.Keqi (E.Rebenja 46′), J.Arias, A.Ciolacu, B.Paiber, R.Camenzuli, D.Agius (J.Busuttil 46′)
Gżira: J.Haber, G.Bohrer, L.Tabone, N.Muscat, S.Pisani, Z.Scerri, Y.Messias (M.Davis 60′), C.Gauci (M.Maia 72′), T.Espindola (N.Portelli 55′), J.De Assis, J.Mendoza
Referee: F.Zammit
Assistenti Referees: C.Francalanza, V.Vasilev
Floriana kisbu rebħa mportanti kontra Gżira meta fit-Tony Bezzina Stadium dawwru telfa f’rebħa bl-iskor ta’ 2-1. Gżira United marru fil-vantaġġ fil-5 minuta meta kien Yuri Messias li wara li avvanza kkonkluda fix-xibka. Floriana kellhom ċans iġibu d-draw fis-27 minuta meta ingħataw penalty għal foul ta’ Luke Tabone fuq Kristian Keqi, bil-penalty tal-istess Keqi jkun salvat minn Justin Haber.
Fit-48 minuta is-sostitut Jan Busuttil għadda tajjeb, qassam lejn Magri Overand, bil-ballun jispiċċa għand Busuttil, li kkonkluda barra mil-lasti ta’ Justin Haber. Fit-53 minuta Gżira spiċċaw jilagħbu b’għaxar plejers meta Luke Tabone waqqa’ lil Andrei Ciolacu, bir-referee, jurih il-t-tieni karta safra u l-karta ħamra. Fil-55 minuta Ryan Camenzuli għadda tajjeb min-naħa xellugija bil-cross-shot tiegħu jgħaddi ftit barra mil-lasti ta’ difiżi minn Gżira.
Fid-59 minuta Floriana ferm viċin il-gowl tad-draw, meta Justin Haber ma żammx tajjeb il-ballun, bid-difensur Gabriel Bohrer jtajjar minn fuq il-linja id-daqqa ta’ ras ta’ Jose Arias. Ftit minuti wara Floriana jkunu sfortunati meta minn corner ta’ Jan Busuttil, kien Oualid El-Hasni li ra’ l-konklużjoni tiegħu taħbat mal-lasta.
Biex fis-77 minuta Floriana kisbu l-gowl tad-draw meta wara azzjoni personali ta’ Jose Arias, kien Andrei Ciolacu li kkonkluda fix-xibka għal 1-1. Fl-aħħar minuti, proprju fit-88 minuta, Floriana skorjaw il-gowl tar-rebħa meta minn cross minn fuq il-lemin id-difiża ta’Gżira naqset milli tbiegħed il-periklu, b’Ryan Camenzuli jitfa’ fix-xibka b’xutt b’saħħtu għal 2-1.
B’din ir-rebħa Floriana jitilgħu fir-raba’ post bi 13-il punt, post wara r-rivali Valletta u ħames punti wara l-leaders Hibernians, bi Gżira jibqgħu b’9 punti.
//= $special ?>