Futbol Sport

Gowl ta’ Milos Mijic jagħti rebħa lil Balzan

Balzan ………….. 1

Gudju U. ………. 0

Balzan: J.Galea, A.Loof, M.Grima, P.Fenech (M.Duric 52′), A.De Paixao (J.Suleiman 84), M.Johnson, U.Ljubomirac, M.Zlatkovic (G.Camilleri 84′), M.Mijic, B.Kaljevic (A.Andrejic 60′), S.Cipriott (N.Frendo 84′)

Gudja: G.Zammit, L.Beland, A.Friggieri (J.Dibola 72′) , R.Soares, L.Cremona, G.Mensah, H.Vella, F.Romero, J.Grioli (K.Gatt 82′), T.Abdul, M.Dias

Referee: A.Sciriha

Assistenti Referees: J.Muscat, M.Ciantar

BOV Plejer tal-partita: Milos Mijic

Balzan kisbu l-ewwel rebħa tagħhom taħt il-coach Paul Zammit meta fis-Centenary Stadium għelbu lil Gudja bl-iskor ta’ 1-0. Fl-10 minuta tasal tkeċċija għat-tim ta’Gudja meta minn Ballun fit-tul tal-Goalkeeper Jake Galea kien id-difensur Hubert Vella li mess il-ballun b’idu , bir-referee jurih il-karta l-ħamra hekk kif kien l-aħħar raġel.

Fit-18-il minuta Balzan jmorru fil-vantaġġ meta minn pass ta’ Alex De Paixao kien Milos Mijic li b’konklużjoni fil-baxxa għeleb lil Glenn Zammit għal 1-0. Fil-35 minuta tasal l-ewwel konklużjoni ta’ Gudja meta Gabriel Mensah għadda lejn Aidan Friggieri, bix-xutt tiegħu jgħaddi għoli mil-lasti ta’ Jake Grech. Matul l-ewwel taqsima Balzan komplew jiddominaw il-pusses tal-ballun iżda naqqsu mill-joħolqu aktar azzjonijiet perikolużi.

Fis-46 minuta azzjoni għal Balzan meta kien Milos Mijic li kkonkluda minn tard il-kaxxa, bil-ballun ikun salvat mill-goalkeeper ta’ Gudja. Fil-51 minuta minn cross ta’ Mijic, Uros Ljubomirac niżżel bir-ras lejn Bojan Kalvejic iżda l-konklużjoni kienet salvata b’kumdita minn Glenn Zammit.

Fit-63 minuta Balzan ferm viċin it-tieni gowl meta minn cross fil-baxx ta’ Milos Zlatkovic kien Aleksa Andrejic li mill-viċin tefa’ barra. Balzan setgħu rdoppjaw fil-71 minuta, meta minn kontrattakk veloċi u xogħol tajjeb minn Milos Zlatkovic, finalment il-konklużjoni ta’ Aleksa Andrejic kienet salvata minn Zammit.

Fl-aħħar minuti Gudja kienu viċin il-gowl tad-draw meta x-xutt mid-distanza ta’ Llwelyn Crmona għadda ftit barra mil-lasti ta’ Jake Galea, bil-partita tintemm 1-0.