Is-summit tant mistenni msejjaħ COP26 jiftaħ illum fil-belt Skoċċiża ta’ Glasgow hekk kif f’dawn is-sigħat jaslu d-delegati minn 200 pajjiż differenti, bit-tema ewlenija fuq l-aġenda se tkun il-bidla fil-klima.
L-akbar sfida fid-diskussjonijiet se tkun li jintlaħaq qbil dwar kif id-dinja għandha tnaqqas l-emmissjonijiet u t-tniġġis b’miri ċari sas-sena 2030. Apparti minn hekk, se jiġu diskussi miri finanzjarji ċari – bil-wegħda ta’ 100 biljun dollaru mill-pajjiżi sinjuri bħala appoġġ għall-pajjiżi l-foqra.
“Dan huwa mument ta’ prova għall-umanità kollha”, stqarr il-Prim Ministru Brittanniku Boris Johnson.
Intant, il-mexxejja tal-pajjiżi rispettivi huma mistennija li jaslu fl-Iskozja tard illejla. Ħafna se jkunu qed jivjaġġaw minn Ruma, fejn f’dawn il-jumejn kien qed jitlaqqa’ l-G20.
//= $special ?>