“Allahares il-Liġi tkun qegħda hemm biex tipprotegi l-interessi ta’ partit jew interessi partikolari. Dan għaliex l-Liġi għandha tkun hemm biex tipproteġi l-ġid komuni.”
Hekk stqarr l-Arċisqof Monsinjur Charles Scicluna waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fl-okkażjoni tal-100 sena mit-twaqqif tal-Parlament Malti.
Waqt din il-Quddiesa l-Arċisqof tkellem dwar l-importanza li l-pajjiż jieħu ħsieb l-istituzzjoni tal-Parlament u l-Kostituzzjoni li twaqqfu fi żmien meta pajjiżna kellu kriżi demokratika.
Il-Kap tal-Knisja f’Malta kompla li l-Parlament Malti għandha tkun tassew il-kamra fejn jiġu moqdija l-interessi tal-poplu Malti u l-post li fil-veru sens tal-kelma jisma’ u jħobb.
L-Arċisqof iddikjara li l-Parlament m’għandux isir post ta’ tribaliżmu fejn il-partiti politiċi jilgħabu l-logħba tal-populiżmu.
Fost l-oħrajn, għall-Quddiesa attenda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, akkumpanjat minn martu Anne Marie, kif ukoll għadd ta’ Deputati tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>