B’sorpriża Juventus sofrew telfa oħra barra minn darhom kontra Verona. Giovanni Simeone skorja darbtejn fil-11 u fl-14-il minuta biex fetaħ vantaġġ doppju għal Verona. Juventus naqsu l-iskor fit-80 minuta permezz ta’ Weston McKennie fejn minkejja dan ma rnexxielhom iġibu d-draw.
Atalanta u Lazio temmew fi draw ta 2-2 fl-ewwel partita li ntlagħbet is-Sibt wara nofsinhar mis-Serie A. Kien Pedro Rodriguez li poġġa lil Lazio fil-vantaġġ wara 18-il minuta. Duvan Zapata ġab l-iskor indaqs għal Atalanta fil-45 minuta. Lazio reġaw marru fil-vantaġġ fl-74 minuta permezz ta’ Ciro Immobile b’Marten de Roon lejn it-tmiem isalva punt għat-tim imexxi minn Gian Piero Gasperini.
Torino kisbu rebaħ ta’ 3-0 fuq Sampdoria. Dennis Praet fetaħ l-iskor wara 17-il minuta. Wilfried Singo għamilhom 2-0 fit-52 minuta. Adrien Silva fis-67 tkeċċa għal Sampdoria filwaqt li Andrea Belotti ġab l-iskor indaqs fid-93 minuta.
SERIE A
Ilbieraħ: Atalanta v Lazio 2-2, Verona v Juventus 2-1, Torino v Sampdoria 3-0 Illum: Inter v Udinese 12.30pm, Fiorentina v Spezia 3.00pm, Genoa v Venezia 3.00pm, Sassuolo v Empoli 3.00pm, Salernitana v Napoli 6.00pm, Roma v Milan 8.45pm