Illum mit-3.20 p.m ‘l quddiem fuq NetTelevision jixxandar ir-raba’ programm SPORT EXTRA għal dan l-istaġun.
Fl-ewwel parti tar-raba’ programm feature speċjali dwar il-karate’ u l-aħħar suċċessi miksuba mis-selezzjali tal-Malta Karate Federation fil-Montenegro. Charles Camenzuli intervista lil MICHELLE VELLA kowċ nazzjonali tal-kata kif wkoll lil JOSEF ANTONELLI kowċ nazzjonali tal-kumite flimkien mat-tlett atleti AMY CUNNINGHAM, THYIS ANTONELLI u FRANCESCA SALIBA.
Fit-tieni parti tal-programm waqt żjara fil-garage ta’ Nusu Offroad Team intervista mas-sewwieq NEVILLE CIANTAR li flimkien ma’ LEE CIANTAR fil-ġranet li għaddew temm fit-tieni post fl-edizzjoni ta’ din is-sena f’waħda mill-kompetizzjonijiet ta’ prestiġju tal-offroa ‘King of Portugal’ .
SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ CHARLES CAMENZULI għandu muntaġġi tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Joe Sultana.
//= $special ?>