Futbol Sport

L-MFA tikkundanna l-għaġir fil-konfront tar-referee CJ Saliba

(Ritratt: CJ Saliba)

L-MFA ikkundannat l-għaġir fil-konfront tar-referee CJ Saliba waqt partita tal-MAFA bejn Marsa St.Michaels u Valletta Stars, fejn plejer ta’ Valletta Stars agredixxa lir-referee, bl-istess referee ma jkollu l-ebda għażla ħlief li jissospendi l-partita. L-MFA turi solidarjeta’ ma’ CJ Saliba filwaqt li se jkunu qed jittieħdu l-passi dixxiplinarji skond l-istaut tal-Kampjonati Amateur.

Sadanittant, Valletta Stars issospendew b’mod indefinit lill-plejer tagħhom għal dan l-għaġir kundannabli. Fl-istqarrija l-MFA kompliet tgħid li l-vjolenza m’għandiex post fil-logħba tal-futbol.