Il-Malta Football Referees Association (MFRA) tikkundanna bis-sħiħ l-attakk illi sar il-bieraħ fuq
wieħed mill-membri tagħha waqt illi kien qiegħed jirrefja partita mill-kampjonat tal-ewwel diviżjoni
tal-MAFA. L-MFRA tinnota l-azzjoni immedjata tal-kumitat tal-klabb ikkonċernat li ssospenda lil dan il-plejer
b’mod indefinit.
L-MFRA issa tistenna illi l-bord tad-dixxiplina tal-Malta FA jieħu passi dixxiplinarji b’saħħitom kontra l-istess plejer hekk kif huwa xieraq. Dawn il-passi dixxiplinarji għandom jibgħatu messaġġ ċar illi kwalunkwe tip t’attakk fuq l-uffiċjali tal-logħba mhuwiex aċċettabli u ser jiġi trattat bl-aktar mod serju. Filwaqt li tistenna l-eżitu tal-bord tad-dixxiplina, l-MFRA tappella għal aktar rispett lejn l-uffiċjali tal-logħba.
//= $special ?>