Futbol Sport

Milan u Napoli jibqgħu jikkonvinċu

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Olimpico Milan kisbu rebħa mportanti ta’ 2-1 kontra Roma. Konxji mir-rebħa minima miksuba minn Napoli, b’Milan deċiżi li ma jħallux l-inizjattiva iddettaw għal ħinijiet twal matul l-ewwel taqsima . Meritatament marru fil-vantaġġ fil-25 minuta bi freekick dirett ta’ ZLATAN IBRAHIMOVIC li għeleb lil Rui Patricio. L-istess Ibrahimovic esagera fil-celebrazzjoni mal-gowl tant li spiċċa ammonit. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess.Fil-50 minuta gowl ta’ Ibrahimovic ma kienx ikkonvalidat bil-VAR minhabba offside sabiex fit-53 minuta għal foul ta’ Roger Ibanez fuq Ibrahimovic, Milan ingħataw penalty bi FRANCK KESSIE jgħeleb lil Patricio għat 2 – 0 . Fis-66 minuta tkeċċa għal Milan Theo Hernandez wara t-tieni ammonizzjoni. Reazzjoni minn Roma waslet tard fil-partita fejn kien biss fit-tielet minuta tal-ħin miżjud li naqqsu l-iskor permezz ta’ STEFAN EL SHAARAWY .

Tlett punti importanti għal Napoli b’mod li żammew l-ewwel post fil-klassifika. Rebħa minima u diffiċli għal Napoli l-aktar wara li sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien 0 – 0 . Il-gowl li ddeċieda kien skorjat minn PIOTR ZIELINSKI fil-61 minuta. Fis-70 minuta tkeċċa għal Salernitana Grigoris Kastanos għal foul fuq Andre’ Frank Zambo Anguissa filwaqyt li fis-77 minuta tkeċċa għal Napoli Kalidou Koulibaly.

Inter kisbu rebħa mportanti ta’ 2-0 kontra Udinese biex saħħew posthom fit-tielet post tal-klassifika seba’ punti wara l-leaders. Inter kellhom jistennew sat-tieni taqsima biex jiftħu l-iskor, hekk kif fis-60 minuta kien Joaquin Correa li kkonkluda fix-xibka. Biex tmien minuti wara Inter rdoppjaw meta minn pass ta’ Denzel Dumphries reġa’ kien Joaquin Correa li tefa’ fix-xibka għal skor finali ta’ 2-0.

SERIE A

Ilbieraħ Atalanta v Lazio 2-2, Verona v Juventus 2-1, Torino v Sampdoria 3-0 Illum Inter v Udinese 2-0, Fiorentina v Spezia 3-0 Genoa v Venezia 0-0 Sassuolo v Empoli 1-2 Salernitana v Napoli 0-1 Roma v Milan 1-2 Għada Bologna v Cagliari 8.45pm