Ella Fenech Attard u Andre Camilleri stabbilixxew żewġ rekords ġodda fil-kategorijit rispettivi tagħhom waqt il-provi tal-Ħin tal-Għawm, li saru fis-16 ta’ Ottubru.
Attard rnexxielha tagħmel it-800 metru freestyle f’ħin ta’ Age Group B ta’ 10:32:14, biex kisret ir-rekord miżmum minn Elisa Ceccato ta’ 10:40:52.
Min-naħa l-oħra, Camilleri rnexxielu jlesti l-400 metru Medley Individwali f’ħin ta’ Age Group D ta’ 4:49:97, biex kiser ir-rekord miżmum minn Sean Allen Gatt fl-2019.
Id-9 avveniment tal-Provi tal-Ħin tal-Għawm se jsir is-Sibt 13 ta’ Novembru fil-Pixxina Nazzjonali, f’Tal-Qroqq.
//= $special ?>