Wara li s-Sibt filgħaxija l-attakkant ta’ Barcelona Sergio Aguero deher li sofra minn qtugħ ta’ nifs, minn testijiet li sarulu fl-isptar nstab li għandu kundizzjoni f’qalbu li taffettwa r-ritmu li biha tħabbat. Aguero kellu jinħareġ mill-istadium fuq stretcher filwaqt li ttieħed fl-aktar sptar viċin biex sarulu t-testijiet.
Intant, se jsirulu aktar testijiet mediċi bid-data tar-ritorn tiegħu għadha trid tkun stabbilita. Fil-futbol problemi fil-qalb jittieħdu b’serjeta’ massima hekk kif huma ta’ riskju kbir li plejers jibqa’ jilgħab. Fil-Euro 2020, Christian Eriksen ikkollassa fil-ground wara li sofra attakk tal-qalb, fejn bl-għajnuna tal-paramediċi reġa ġie f’sensih u ttieħed fi sptar viċin.
//= $special ?>