L-attakkant ta’ Barcelona Sergio Aguero jinsab riokoverat l-isptar wara li sofra minn qtugħ ta’ nifs fil-partita ta’ Barcelona kontra Alaves. Aguero deher jpoġġi mal-art u jżomm sidhru, bit-tim mediku ta’ Barcelona jtih l-ewwel għajnuna, qabel ittieħed l-isptar, fejn qed isirulu diversi testijiet mediċi.
Din kienet l-ewwel partita ta’ Barcelona wara li keċċew lil coach Ronald Koeman, bil-partita tintemm fi draw ta’ 1-1. Għal Aguero, din kienet l-ewwel partita tiegħu mal-ewwel ħdax ta’ Barcelona, wara t-trasferiment tiegħu is-sajf li għadda mingħand Man City.
Kien Memphis Depay li tefa’ lil Barcelona fil-vantaġġ fid-49 minuta qabel tliet minuti wara, Alaves kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ Luis Rioja.
//= $special ?>