Sliema …………… 2
Mosta ……………. 3
Sliema: T.Aquilina , P.Morales, K.Shaw, G.Aquilina (M.Fernandes 50’), O.Elouni, I.Gui, E.Agius, J.Engerer, Y.Uchida, J.Bliek, V.Berisha
Mosta: M.Jovicic, R.Briffa, W.Donkin, C.Failla, J.Bezzina, T.Farrugia, I.Doric (N.Agius 50’), L.Riascos, R.Morisco, Z.Brincat, Akinbule
Referee: T.Farrugia Cann
Assistenti Referees: L.Portelli, D.Spencer
Mosta kisbu rebħa mportanti ta’ 3-2 kontra Sliema, b’dawn tal-aħħar jibqgħu fl-aħħar post tal-klassifika b’erba’ punti. Mosta marru fil-vantaġġ fis-37 minuta meta minn kien William Donkin li mill-viċin ikkonkluda fix-xibka.
Sliema wettqu reazzjoni fit-tieni taqsima biex fid-69 minuta huma kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ Valmir Berisha. Madanakollu minuti wara, Mosta reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta’ xutt b’saħħtu ta’ Rafael Moriscos.
Sliema għal darb’oħra rreaġixxew u kisbu l-gowl tad-draw fis-70 minuta permezz ta’ Valmir Berisha għal doppjetta personali. Iżda erba’ minuti wara Mosta skorjaw il-gowl li kellu jtijhom ir-rebħa din id-darba permezz ta’ Luis Riascos għal skor finali ta’ 3-2.
//= $special ?>