Iċ-champion nazzjonali tan-nisa Sue Abela rebħet il-midalja tad-deheb għat-tieni darba fil-karriera tagħha fil-Kampjonat Ewropej tat-Ten Pin Bowling li qed isiru fil-Greċja.
Abela għelbet liċ-champion Daniża Mika Guldbaek 2-2 f’finali mill-aqwa f’Chania. Sue Abela li kienet ikkwalifikat fil-finali fil-5 post, is-Sibt telgħet sar-4 post, hekk kif lagħbet medja ferm tajba ta 218 fuq it-8 logħbiet, u żammet dak il-post b’sett ieħor b’saħħtu ta’ 4 logħbiet il-Ħadd filgħodu biex spiċċat sew qabel Andrea Hansen min-Norveġja fil-5 post.
Abela imbagħad sforzat decider mal-Olandiża Nicole Sanders biex rebħet 225-175. Fil-finali il-Maltija iffaċjat lill-Iżvediża Victoria Johansson fejn fl-ewwel logħba Abela tilfet 188-225, iżda rkuprat fit-tieni partita 186-182. Biex fit-tielet logħba Abela rebħet 182-169 biex ġiet nkurunata champion Ewropew.
Il-kampjonat tal-irġiel intrebaħ minn Mike Bergamann, li l-ewwel għeleb lit-Taljan Nicola Pongolini fis-semi finali, u mbagħad għeleb lil Mattia Wetterberg mill-Isvezja 2-1 biex rebaħ it-titlu.
//= $special ?>