Żewġ gowls fit-tieni taqsima kienu biżżejjed għal Bologna biex jirritornaw għar-rebħ biex bi 15 il-punt telgħu fid-disa’ post flimkien ma’ Verona, Empoli u Juventus b’Cagliari jibqgħu fl-aħħar post b’ sitt punti. Minkejja li Bologna ddettaw matul l-ewwel taqsima, kellhom jistennew sad-49 minuta biex jifthu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Gary Medel kien LORENZO DE SILVESTRI li għeleb lil Alessio Cragno għal 1 – 0 . Reazzjoni minn Cagliari minghajr iżda ma mpenjaw serjament lil Skorupski . F’mumenti l-partita saret falluza tant li fl-ewwel minuta tal-ħin miżjud Davide Massa kien kostrett li jkeċċi lil Martin Caceres ta’ Cagliari b’Bologna japprofittaw biex fis-97 minuta kien MARKO ARNAUTOVIOC li minn azzjoni ta’ Nicola Sansone mill-ġdid għeleb lil Cragno u għalaq il-partita 2 – 0.
//= $special ?>