F’partita bejn Huracan Las Heras u Ferro de General Pico mill-Federal A-League fl-Arġentina, il-coach ta’ Ferro de General Pico, ntlaqat minn tiri ta’ arma tan-nar wara li nqalat ġlieda bejn il-partitarji.
F’filmat li qed jidher fuq il-midja soċjali, juri li ż-żewġ timijiet jiġru wara li persuni mhux magħrufa bdew jisparaw tiri ta’ arma tan-nar. B’kosengwenza ta’ dan, il-coach ta’ Ferro, Mauricio Romer intlaqat minn tir u mal-ewwel ittieħed fi sptar fil-viċinanzi.
Fi stqarrija l-club qal li l-coach jinsab f’kundizzjoni tajba u ma jinsabx f’periklu li jitlef ħajtu.
//= $special ?>