Numru ta’ atleti ngħaqdu f’appell għat-tibdil fil-klima waqt il-COP 26, konferenza li qed issir fi Glasgow fl-Iskozja.
Atleti Olimpiċi u anke dawk Paralimpiċi ngħaqdu f’messaġġ wieħed hekk kif 50 atleta li qed jirrapreżentaw 40 pajjiż iffukaw fuq appell dwar it-tibdil fil-klima. L-atleti Tom Daley, Andy Murray u Max Whitlock li rrapreżentaw lil Team GB tkellmu f’filmat li xxandar lill-mexxeja li kienu preżenti waqt il-konferenza.
Preżenti wkoll kien hemm Hannah Cockcroft, atleta paralimpika kif ukoll Eliud Kipchoge rebbieħ ta’ żewġ midalji tad-deheb. Hannah Mills li hija l-Ambaxxatriċi għat-Tibdil fil-Klima u s-Sostennibilità fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qalet li l-isport jilħaq kull pajjiż fid-dinja fejn permezz tal-isport jista’ jitwassal messaġġ komuni favur l-ambjent.
//= $special ?>