Fl-aħħar 24 siegħa tħabbar li f’pajjiżna kien hawn 20 każ ġdid ta’ COVID-19 filwaqt li fiequ disa’ persuni oħra.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li total ta’ 10 persuni jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei, b’erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fortunatament, l-ebda persuna ma sfat vittma tal-virus biex b’hekk it-total ta’ persuni li tilfu ħajjithom kaġun tal-pandemija f’pajjiżna baqa’ dak ta’ 461.
Intant, kważi 53,000 doża tal-booster ingħataw sal-bieraħ.
//= $special ?>