Għall-ħabta tas-2.20pm, ajruplan żgħir privat iddikkjara emerġenza wara li żewġ membri tal-ekwipaġġ abbord esperjenzaw landing gear malfunction.
Dan ħareġ fi stqarrija tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, li malli kien mgħarraf b’dan, implimenta l-pjan ta’ emerġenza biex jirrispondi għal każijiet bħal dawn u kien imsejjaħ it-tim ta’ salvataġġ u tifi tan-nar tal-ajruport minnufih fuq il-post.
Wara diversi tentattivi li sfumax fix-xejn, l-ekwipaġġ tal-European Pilot Academy irnexxielhom iniżżlu l-ajrpulan fuq il-mitjar għall-ħabta tat-3.20pm mingħajr ma weġġa ħadd.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta rringrazzja lil dawk kollha konċernati tar-rispons minnufih tagħhom għal din l-emerġenza.
//= $special ?>