Lokali

AĠĠORNATA: Iċċedi parti minn triq f’Chadwick Lakes

F’post fuq Facebook, il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa avża li dal-lejl ċediet parti minn triq f’Chadwick Lakes.

L-istess Kunsill appella għall-attenzjoni minn dawk kollha li jżuru din iż-żona jew li jgħaddu bil-karozzi tagħhom minn dawn l-akwati f’Wied il-Qlejgħa. Aktar tard sar magħruf li t-triq ingħalqet temporanjament.

Matul l-aħħar xhur, f’dawn it-toroq sar xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet biex il-post ikun imħejji għall-ilmijiet tax-Xitwa.