Formula 1 Sport

Il-Formula 1 qed tikkonsidra li l-‘sprint race’ ssir f’kull Grand Prix

(Ritratt: EPA)

Il-Formula 1 qed tikkonsidra li mill-istaġun li ġej l-‘sprint race’, tibda ssir f’kull Grand Prix. Dan qalu d-Direttur Maniġerjali Ross Brawn fejn qal li l-F1 fix-xhur li ġejjin se tkun qed twettaq tibdil progressiv u radikali.

Dan l-istaġun l-‘sprint race’ diġa saret fil-Grand Prix tal-Ingilterra u tal-Italja, b’tellieqa oħra hija skedata li ssri fil-Brażil. L-‘sprint race’ ssir minflok is-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni tas-Sibt, fejn il-mod li fih itemmu s-sewwieqa jkun ifisser il-mod ta’ kif se jibdew fil-Grand Prix tal-Ħadd.

Braw żied jgħid ukoll li mill-istaġun li ġej se jkun qed jittama li se jkun żieda fl-ammont ta’ punti li se jkunu qed jingħataw lis-sewwieqa f’din it-tellieqa.