Lokali Parlament

Il-Gvern nefaq €3 miljuni f’riklamar għall-block-chain; li falliet qabel bdiet

Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzoaprdi qal li l-Gvern nefaq €3 miljuni f’riklamar għall-block-chain; li falliet qabel bdiet.

Fil-parlament Jason Azzopardi tkellem dwar iż-żoni industrijali u qal li hemm madwar 130,000 metru kwadru li għadu mhux utilizzat u appella biex ikun hemm trasparenza kif se jkun utilizzat dan l-ispazju fiż-żmien li ġej fil-pajjiż. Hu sostna li din hi art tal-pajjiż li għandu jkun dedikat fl-interess nazzjonali.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-grey listing u qal li dan qed jeffettwa lill-pajjiż kollu meta dan seta’ jkun evitat kieku ma tberbqux il-flus mill-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija f’kampanja ta’ riklamar fuq il-block-chain.

Fil-block-chain il-gvern nefaq €3 miljuni biex jippromwovi ħolma u buzz word; 70% tal-kumpaniji ddikjaraw li din kienet falliment. Il-pedamenti kienu tar-ramel f’dan is-settur, sostna Jason Azzopardi, li qal li għandha issir investizazzjoni dwar dan l-infieq fuq falliment.

Jason Azzopardi qal li dan hu gvern li ma jafx jistħi tant li llum hawn 90,000 persuna f’riskju ta’ faqar; iżda l-gvern nefaq €3 miljuni f’riklamar għall-block-chain. Hu sostna li anki l-persuna li ħoloq il-block-chain f’Malta iddikjara li tant hu diżappuntat b’dak li seħħ f’Malta li ddikjara li l-Gvern Malti ġie jaqa’ u jqum bil-konsegwenza li l-familji, il-ħaddiema u ż-żgħażagħ qed ibatu.

L-istħarriġ sar li juri li ż-żgħażagħ iridu jitilqu minn Malta u l-investituri barranin ma jridux jiġu jinvestu f’Malta. Hu qal li l-problema tal-għoli tal-ħajja hi waħda gravi ħafna u qatt ma kienet qawwija daqs llum.

Hu reat kriminali l-flus tal-gvern jintużaw b’mod ħażin, sostna Jason Azzopardi, li qal li l-gvern mhux jagħti każ l-ispejjeż tat-trasport li għolew minn barra. Container miċ-Cina kien €2,000 waqt li llum hu €12,000 iżda l-gvern ma qal xejn fil-budget dwar dan.