F’pajjiżna qed tkun rapurtata 12-il serqa kuljum li tfisser medja ta’ serqa kull sagħtejn u filwaqt li l-Gvern Laburista qed jipprova jagħti l-impressjoni li s-sitwazzjoni fil-lokalitajiet hija taħt kontroll, il-PN baqa’ kommess li jindirizza dawn il-problemi b’diversi mizuri konkreti Filfatt il-Partit Nazzjonalista kompla joħroġ b’aktar proposti konkreti li bihom, meta jkun fil-Gvern, se jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin, din id-darba permezz ta’ 10 proposti li ħarġu mill-cluster tas-siġurtà.
“10 proposti – Nemmnu li bihom il-lokalitajiet jistgħu jkunu iktar sikuri. Il-PN jemmen f’kwalità ta’ ħajja aħjar u kommess li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċitaddini.” – Kien dan il-messaġġ tad-Deputat Beppe Fenech Adami li jikkordina l-cluster tas-sigurtà. Messaġġ li wassal waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata wkoll mill-kandidati tal-PN Errol Cutajar, Graziella Galea u Darren Carabott.
Beppe Fenech Adami spjega li mhux aċċettabbli li f’pajjiżna hawn anzjani li jgħixu bil-biżgħa f’darhom mhux aċċettabbli li ġenituri jgħidulek li ma jħossuhomx ‘safe’, iħallu t-tfal jilgħabu barra.
L-10 proposti li ħabbar il-PN jinkludu t-tisħiħ tal-Community Poilicing, kunċett li ħareġ bih il-PN u li qed jikkommetti ruħu li jibqa’ jsaħħaħ fejn dan isir parti mill-operat priċipali tal-Korp taħt tmexxija ta’ Assisstent Kummissarju.
Gvern ġdid Nazzjonalista, bi qbil mal-kunsilli, agenziji u l-LESA, jintroduċi kuncett ta’ Community Support Officers li joffru sapport u assistenza lill-komunità kif ukoll jipprotegu l-ambjent.
Il-PN se jagħti wkoll ir-riżorsi kollha meħtieġa lill-kunsilli, sabiex jidentifikaw ‘hot spots’ fil-komunità fejn il-kriminalita isehħħ b’mod kontinwu biex hemmek isir investiment kapitali u infrastrutturali biex jitneħħa r-riskju u tissaħħaħ is-sigurtà f’dawn iż-żoni.
Proposta oħra hi li jkunu introdotti skemi ta’ għajnuna inkluż ‘tax rebates’ sabiex isir investiment f’miżuri ta’ sigurtà minn ċittadini privati fi djarhom stess, b’għajnuna partikolari lill-blokkok ta’ appartamenti.
Il-PN wiegħed ukoll li l-Community Policing mhux se jkun replacement tal-għasses u fi żmien 24 xahar ta’ PN fil-Gvern, l-għasses kollha f’Malta u f’Għwdex jinfetħu mill-ġdid u fihom isir ukoll l-investiment meħtieġ.
Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti l-għajnuna kollha, anke dik finanzjarja sabiex l-anzjani jibqgħu jgħixu f’darhom b’mod indipendenti u sikur.
Il-PN jemmen li kulħadd jixraqlu jgħix ħajja ‘l bogħod mill-abbuż u għalhekk se jintruduċi numru ta’ apps fejn wieħed jista’ jirraporta lill-pulizija b’mod faċli u anonimu anke abbużi u reati online.
Gvern ġdid Nazzjonalista se jindirizza l-problema ta’ fi propjetajiet li qegħdin fi stat ta’ abbandun billi jassigura li l-Kunsilli jingħataw ir-riżorsi u s-setgħa biex dawn jiġu rranġati.
Il-PN wiegħed li jinvesti sabiex l-ispazzji pubbliċi jkunu ta’ serħan il-mohh fejn jinħatar kumitat mill-lokal stess sabiex imexxi b’mod ordnat u strutturat u tiżdied is-sigurtà u l-manutenzjoni.
Se jitnieda wkoll, bis-serjetà il-kunċett ta’ ‘neighborhood watch’ intiż biex tiżdied il-viġilanza.
Intant, waqt din il-konferenza tħabbar li permezz ta’ dan il-cluster, fil-ġimgħat li ġejjin il-PN se jkun qed iħabbar kif se jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fil-forzi dixxiplinati.
//= $special ?>